Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali
Fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija mill-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, (Kap. 468.), u għall-fini ta’ dak l-Att, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, approva l-ħatra tal-persuni elenkati hawn taħt fuq il-Bord tal-Professjoni tax-Xogħol Soċjali.
Postali Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali
Institut Bugeja
469,Triq il-Kbira San Ġużepp
St Venera, SVR 1012
Tel: 2549 4257
Website: https://swpb.gov.mt
Email: swpb@gov.mt
Ikklikkja hawn biex tara l-kompożizzjoni tal-bord.
Kif nista’ nipprattika x-Xogħol Soċjali f’Malta?
Għal informazzjoni dwar kif tipprattika x-Xogħol Soċjali f’Malta, ikklikkja hawn biex tara d-dokument..
L-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali
Il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali f’Malta hija rregolata mill-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, il-Kapitolu 468 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-Att dwar ix-Xogħol Soċjali, li ġie implimentat għall-ewwel darba fl-2003, għandu l-għan li jagħmel dispożizzjoni għar-regolamentazzjoni tal-professjoni tax-xogħol soċjali u li jipprevedi kwistjonijiet marbuta miegħu jew anċillari għalih. L-Att dwar ix-Xogħol Soċjali joffri l-gwida legali dwar il-kompożizzjoni tal-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali u l-funzjonijiet rispettivi tiegħu, il-warrant tax-xogħol soċjali u l-proċeduri tal-għoti tal-warrant u gwida għal kwalunkwe tħassib dixxiplinarju li jinqala’
Kodiċi ta’ Etika tax-Xogħol Soċjali
Applikazzjoni għal Warrant ta’ Xogħol Soċjali
Ħaddiem soċjali jista’ jippreżenta applikazzjoni għal warrant Malti tax-Xogħol Soċjali billi jimla din il-formola u jgħaddiha lill-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, skont l-Artikolu 6 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali. Il-prattika standard tal-Bord hija li jirrevedi kull applikazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ. Kull applikant jiġi infurmat bl-eżitu tal-applikazzjoni rispettiva. Jekk applikazzjoni ta’ applikant ma tissodisfax il-kriterji meħtieġa, il-Bord għandu jinforma lill-applikant bir-rekwiżiti l-oħra meħtieġa. Ikklikkja hawn biex tara d-dokument.
Applikazzjoni għar-Reġistru ta’ Ħaddiema Soċjali Li Ma Jkollhomx Warrant
Kull ħaddiem soċjali li ma jkollux warrant f’Malta huwa responsabbli li jinforma lill-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali dwar dan l-istatus professjonali meta jibda l-prattika tax-xogħol soċjali, skont l-Artikolu 3. (7) u (8) tal-Att dwar ix-Xogħol Soċjali. Il-SWPB jieħu ħsieb li jżomm verżjoni aġġornata tar-Reġistru tal-Ħaddiema Soċjali Li Ma Jkollhomx Warrant. Ikklikkja hawn biex tara d-dokument.
Applikazzjoni għal Ħaddiema Soċjali Impjegati li Għandha Tintbagħat mill-Organizzazzjonijiet ta’ Min Iħaddem
Sabiex il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali jkompli jiżgura standard professjonali għoli ta’ prattika tax-xogħol soċjali f’Malta, l-organizzazzjonijiet kollha li jimpjegaw professjonisti tax-xogħol soċjali f’Malta li jagħmlu prattika tax-xogħol soċjali jridu jressqu applikazzjoni quddiem l-istess bord bid-dettalji mitluba. Ikklikkja hawn biex tara d-dokument.
Proċedura ta’ Inkjesta – Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali
F’każ ta’ xi lment li jista’ jinqala’ dwar il-kondotta professjonali ta’ kwalunkwe prattika ta’ xogħol soċjali fil-gżejjer Maltin, wieħed jista’ jirreferi għall-Proċedura ta’ Inkjesta infurzata mill-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali. L-għan ta’ din il-proċedura huwa li jiġu milqugħa, investigati u deċiżi allegazzjonijiet dwar dikjarazzjoni ta’ kondotta professjonali ħażina, negliġenza qawwija u/jew inkompetenza minn ħaddiem soċjali. Ikklikkja hawn biex tara d-dokument.
Politika dwar iż-Żamma ta’ Dokumentazzjoni
Din il-Politika għandha l-għan li tirregola ż-żamma, il-manutenzjoni u t-tneħħija ta’ dokumentazzjoni, kemm personali kif ukoll oħra, fi ħdan il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali f’Malta (SWPB), kif previst fl-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, Kap. 468 tal-Liġijiet ta’ Malta, u f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u leġiżlazzjoni relatata, u dispożizzjonijiet legali oħra fil-Liġi Maltija. Ikklikkja hawn biex tara d-dokument.
Lista ta’ Ħaddiema Soċjali bil-Warrant f’Malta
Din hija l-verżjoni aġġornata tal-lista tal-Ħaddiema Soċjali bil-Warrant f’Malta, kif ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, skont l-Artikolu 5. (2), tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali f’Marzu 2020. Ikklikkja hawn biex tara d-dokument.