Logo
Logo
  • MT
  • English

Stqarrija mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Aktar protezzjoni lit-tfal vulnerabbli

20.07.2022 | Stqarrija

Numru ta’ Referenza: PR220976

Matul l-aħħar sentejn saru riformi ferm importanti fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal, liema riformi gawdew minnhom dawk it-tfal l-aktar meqjusa bħala vulnerabbli, ewlenija fosthom dawk b’ordni ta’ ħarsien.

It-tħaddim taċ-children’s house, ir-rapurtaġġ mandatorju u pieni aktar ħarxa għal min iwettaq abbuż fuq it-tfal, huma fost ir-riformi li fil-preżent qed jitħaddmu fil-potenzjal kollhu tagħhom.

Apparti s-servizzi mtejba fil-Qrati, dawn r-riformi qed ikomplu jsaħħu s-servizzi li jagħtu protezzjoni lit-tfal u, permezz taċ-Children’s House, it-tfal ikunu jistgħu jitkellmu f’ambjent aktar komdu u mingħajr tensjoni żejda.

Tkellem dwar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet. Il-Ministru Falzon faħħar il-mod li bih qed topera ċ-Children’s House, fejn issa dan il-post qed jgħin lill-pulizija f’investigazzjonijiet li jsiru mal-minuri nfushom. Eventwalment, dawn il-proċeduri jintużaw waqt proċessi legali fil-Juvenile Court, filwaqt li l-filmati mill-interviews forensiċi jservu t’evidenza fil-Qorti Kriminali.

Waqt l-intervent tagħhom, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti u d-Direttur Steve Libreri sostnew illi r-rapporti ta’ negliġenza fuq tfal fis-sena 2021 irduppjaw meta mqabbel mas-sena preċedenti.'”

Aħna fid-dmir li noħolqu soċjetà ġusta u ġustizzja soċjali fejn kull tifel u tifla jingħataw l-opportunità jgawdu minn ħajja sabiħa, aċċessibbli għall-edukazzjoni, u saħħa adegwata. Soċjetà b’saħħitha hija dik li toħloq ġenerazzjonijiet reżiljenti u li tagħraf tibni kwalitajiet sbieħ,” temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.​​