Stqarrija mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Impenn nazzjonali favur kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji

22.06.2022 | Stqarrija

Numru ta’ Referenza: PR220834

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal organizza laqgħa ta’ konsultazzjoni, fejn matulha ġew mistiedna l-istakeholders kollha li jaħdmu mill-qrib mal-familji, laqgħa li għaliha attendew, fost l-oħrajn, għaqdiet mhux governattivi, unions, fondazzjonijiet u għaqdiet volontarji li l-ħidma tagħhom tirrivolvi ma’ familji, tfal u persuni vulnerabbli.

L-għan ta’ din il-laqgħa kien li jinġabru ideat u aktar għarfien ta’ dawk l-isfidi li qed iħabbtu magħhom il-familji, u x’jista’ jsir sabiex jiġu indirizzati. Dan fil-fatt kien l-ewwel pass ta’ konsultazzjoni sabiex eventwalment jiġi żviluppat il-Qafas Nazzjonali għall-Familji 2023-2030.

Dan l-eżerċizzju huwa parti integrali mill-viżjoni ta’ Malta Soċjali 2035. L-għanijiet ewlenin tal-qafas politiku huma li nippromovu: 

  • il-ġustizzja socjali
  • illi nagħtu sens t’empowerment lill-familji kollha
  • illi nipprovdu sigurtà finanzjarja
  • ambjent pożittiv

 Matul din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni ġew diskussi numru ta’ suġġerimenti dwar kif nistgħu nilqgħu aħjar għall-inflazzjoni u piżijiet esterni li qed ikomplu jitfgħu pressjoni fuq il-familji. Kienu diskuss wkoll il-bżonn li nifhmu aħjar it-tipi differenti ta’ familji illi għandna mingħajr ma jkollna ebda preġudizzju.

Waqt l-indirizz tiegħu, il-Ministru Michael Falzon stqarr, “Irridu nisimgħu dak li għandkom xi tgħidu inthom il-frontliners li taħdmu mill-qrib mal-familji. Eventwalment irridu naslu sabiex nipproċessaw din l-informazzjoni u nħejju l-policy li tirrifleti r-realtajiet tal-ġurnata. Il-familji huma kontinwament esposti għall-bidliet soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, fost oħrajn. Dan hu Gvern li jifhem ir-realtajiet tan-nies u għalhekk se jkompli jaġġorna l-politika soċjali li tolqot direttament lin-nies.”

Il-Ministru semma kif dan il-Gvern qatt ma waqaf iħaddem sensiela ta’ miżuri soċjali li l-għan aħħari tagħhom huma li jgħinu lill-familji igawdu kwalità ta’ ħajja aħjar. Uħud minn dawn il-benefiċċji huma l-in-work benefit, it-tapering of benefits, childcare b’xejn, transport b’xejn, u għajnuniet finanzjarji għal dawk li jiffoseterjaw jew jadottaw tfal.

Font Resize