Logo
Logo
  • MT
  • English

Stqarrija mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Il-Ministeru Soċjali wettaq 95% tal-manifest elettorali

20.09.2021 | Stqarrija

Numru ta’ Referenza: PR211716

Il-Ministeru għas-Solidarjetá u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal diġà wettaq 95% tal-manifest elettorali kollu minn meta gvern Laburista reġa’ kien elett sabiex imexxi l-pajjiż f’Ġunju tal-2017. Dan il-Ministeru huwa responsabbli mit-twettiq tal-maġġoranza tal-miżuri soċjali, u sa issa twettqu kompletament 24 minn 34 proposta elettorali.

Ħabbar dan il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tnejn wara nofsinhar. Matul din il-konferenza ngħataw dettalji ta’ wħud mill-iktar miżuri li għamlu differenza fil-ħajja tan-nies, ewlenija fosthom iż-żieda fil-pensjonijiet, fiċ-children’s allowance, flimkien ma’ numru ta’ miżuri li jolqtu niċeċ speċifiċi.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dawn ir-riżultati ferm pożittivi jirrifletu direttament il-qagħda soċjali b’saħħitha li lkoll qed ngawdu f’pajjiżna. Fakkar kif dan il-Gvern telaq minn sitwazzjoni ta’ defeċit eċċessiv, ħafna persuni bla xogħol, u oħrajn li kienu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.

Dwar ir-rati tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, kien innutat tnaqqis minn 46.1% fl-2014 għal 23.8% matul is-sena 2019, f’dik li hija ċaħda materjali u soċjali. Intqal ukoll li fix-xhur li ġejjin se tkun qed tinbidel is-sistema ta’ kif titkejjel iċ-ċaħda soċjali u materjali, meta din se tkun qed tinħadem fuq 13-il item minflok id-disgħa attwali. Dawn se jkunu qed jinkludu  7 household items u 6 items personali.

Il-Ministru Michael Falzon elenka iż-żieda fil-pensjonijiet fejn aktar minn 93,000 pensjonant din is-sena gawdew minn żieda ta’ €5 fil-gimgha. Din kienet is-sitt żieda konsekuttiva fil-pensjonijiet, u b’hekk wettaqna wegħda elettorali oħra, li laqtet tant eluf ta’ persuni.

L-introduzzjoni tat-tapering u l-‘in-work benefit’ wasslu għall-pass pożittiv li ħafna jagħżlu li jidħlu fid-dinja tax-xogħol flok jibqgħu fuq il-benefiċċji soċjali u b’riżultat t’hekk naqas anke l-faqar. It-tapering daħal fis-seħħ, matul is-sena 2014, u s’Awwissu tas-sena 2021 kien hemm 1018 persuna li gawdew minn din l-iskema. Dan in-numru għandu wkoll jittieħed f’kuntest fejn bqajna naraw jonqsu dawk fuq l-assitenza soċjali. Fil-fatt f’Lulju li għadda dawn niżlu għal iktar rata baxxa fl-istorja, fejn kien hemm biss 6043 fuq assistenza soċjali u 435 fuq l-assistenza tad-diżimpjieg.

 

Sena Numru ta’ Benefiċjarji tat-Tapering
Diċembru 2014  497
Diċembru 2015  1659
Diċembru 2016 2482
Diċembru 2017 2539
Diċembru 2018 1958
Diċembru 2019 1572
Diċembru 2020 1099

Fattur pożittiv ieħor huwa li 90% tal-benefiċċjarji baqgħu fid-dinja tax-xogħol. 

In-Work Benefit 

Hawnhekk wieħed jinnota kemm bqajna ninvestu fin-nies. Somma li bdiet minn miljun ewro fl-2015 u matul l-2020 telgħet ‘il fuq minn €4,572,456. Minn 1359 benefiċċjarju fl-2015, dawn telgħu għal 5309 benefiċċjarju, matul is-sena 2020.

Sar ukoll investiment addizzjonali fl-In-Work Supplement, bis-somma ta’  €1,067,250. Kien parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-Gvern f’Gunju tal-2020.

Sena Benefiċjarji Ammont
2015 1359 €1,063,291
2016 2295 €1,848,142
2017 2828 €2,183,891
2018 4463 €3,557,488
2019 5093 €4,386,274
2020 5309 €4,572,456

 

  • Kompliet titħaddem ir-riforma tal-allowance tad-diżabilità biex gradwalment din tilħaq il-paga minima. Din kienet riforma li bdiet fl-2017, fejn kien hemm 240 benefiċċjarju li gawdew minnha. Matul l-2020 dan l-ammont tela’ għal 814. 
  • Children’s Allowance – mill-2019 madwar 14,500 familja meqjusa bħala low income families raw żieda ta’ madwar €70 għal kull tifel u tifla, filwaqt li 26,000 familja gawdew minn żieda ta’ €50 fuq kull tifel u tifla. 
  • Foster Care Allowance – Din il-miżura kienet implimentata matul is-sena 2018 għal min  jiffosterja tfal, meta din telgħet minn €70 għal €100 fil-gimgha. L-aħħar żieda wasslet sabiex din titla’ għal €110 fil-ġimgħa, li minnha qed igawdu 175 familja.
  • Għajnuna ta’ €10,000 lill-koppji li jaddottaw – Sa issa investejna  madwar  €1,049,001 għal koppji li adottaw tfal minn barra l-pajjiż. 107 koppji bbenefikaw minn dan il-grant sa issa.
  • Matul is-sena 2020, ingħataw €300 għal kull tarbija li twieldet jew inkella adottata minn barra l-pajjiż. Madwar 3000 omm gawdew minn din il-miżura sa issa.
  • Senior Citizen Grant – Madwar 37,000 persuna gawdew minn din l-għotja ġdida ta’ €300 fis-sena.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dan kollu huwa attribwit għall-tim b’saħħtu li dejjem jara li jkompli jinvesti fin-nies. Qal li dan il-Gvern se jkompli jiġġedded u xhieda ta’ dan se jkunu l-miżuri soċjali  bla preċedent fil-Baġit għas-sena 2022.

“Dawn huma biss fost il-ħafna proposti elettorali li wettaqna bis-sħiħ. Dan il-Gvern qed ikompli jigi fdat grazzi għad-direzzjoni u l-impenn socjali li urejna matul is-snin. Il-konsistenza li bnejna matul l-ahhar snin, se tkompli tmexxina ‘l quddiem sabiex inkomplu nwettqu aktar. Għamilna ħafna, u rnexxilna noħorgu aktar nies mir-riskju ta’ faqar u eskluzjoni socjali. Il-pass li jmiss huwa li nkomplu nsaħħu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd”, temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

Biex tara aktar informazzjoni ikklikkja hawn (verżjoni bl-ingliż biss).