Logo
Logo
  • MT
  • English

Min aħna

Il-viżjoni tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal hija li jippromwovi u jsostni l-ġustizzja u s-solidarjetà soċjali billi jipprovdi benefiċċji u servizzi soċjali lill-familji u persuni oħra eleġibbli għalihom.

Fil-fatt, il-missjoni tal-Ministeru hija li jassigura kwalita ta’ ħajja aħjar għas-soċjeta tagħna, partikularment għall-familji u t-tfal, il-pensjonanti, benefiċjarji soċjali u persuni vulnerabbli oħra

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huwa kommess li jtejjeb il-benesseri soċjali u l-prospetti għall-ħajja tas-soċjeta tagħna b’mod ġenerali, iżda partikolarment tal-persuni vulnerabbli.  Il-Ministeru ifittex li jikseb dan billi kontinwament itejjeb il-provedimenti tas-sigurtà soċjali u s-servizzi ta’ ħarsien soċjali sabiex:

  • Jipprovdi pensjonijiet u benefiċċji soċjali adegwati u sostenibbli lil min għandu bżonnhom jew ikkontribwixxa għalihom
  • Jipprovdi servizzi ta’ ħarsien soċjali ta’ kwalità waqt li jippromwovi t-tisħiħ tal-familja
  • Jippromwovi u jissalvagwardja il-ħarsien u d-drittijiet tat-tfal
  • Jindirizza il-bżonnijiet soċjali kontinwi u emerġenti fil-pajjiż.

    Dan kollu jsir permezz ta’ tfassil ta’ policies, miżuri u inizjattivi kontinwi u ħidma ma taqta xejn mid-dipartimenti u d-direttorati tal-Ministeru.