Logo
Logo
  • MT
  • English

Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar ilProtezzjoni u l-Privatezza tad-Data (KAP.586.) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. L-Uffiċċju tasSegretarju Permanenti, MSFC, għandu l-għan li jkun konformi mal-prinċipji kif definiti filleġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data

L-Għanijiet għall-ġbir tad-data

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSFC, jiġbor u jipproċessa informazzjoni sabiex ikun jista’ jonora l-obbligi tiegħu skont il-leġislazzjoni preżenti. Id-data kollha hija miġbura u pproċessata skont kif stabbilit fil-liġijiet dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u tipi oħrajn ta’ leġislazzjoni jew dokumenti formali li jirregolaw l-istess Uffiċċju.

Riċevituri tad-data

L-informazzjoni personali hija aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSFC. Id-data personali se tingħata lil uffiċjali f’livell maniġerjali superjuri u persuni awtorizzati. Id-data personali tista’ tingħata anke lill-partijiet terzi meta dan huwa permess bil-liġi.

Id-Drittijiet Tiegħek

Int għandek dritt tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSFC, qed iżomm u jipproċessa dwarek, ir-raġuni għala qed iżomm linformazzjoni, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tinżamm aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm u x’qed jagħmel l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSFC, biex ikun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxi proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data. Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali li dan l-Uffiċċju tasSegretarju Permanenti, MSFC, iżomm dwaru, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. It-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni għandhom isiru bilmiktub u jintbagħtu lis-Segretarju Permanenti, MSFC. Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, bħan-numru tal-karta tal-identità, l-isem u l-kunjom. F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tal-persuna, wieħed jista’ jintalab jippreżenta d-dokument ta’ identifikazzjoni.

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSFC, għandu l-għan li jipproċessa t-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u li jiżgura li l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ jara li dan isir sa mhux aktar tard minn xahar minn meta tasal it-talba għand l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSFC sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien
raġonevoli, ir-raġuni l-għala, għandha tintbagħat bil-miktub lis-suġġett tad-data. Is-suġġett tad-data se jiġi infurmat f’każ ta’ ksur tad-data personali tiegħu.

Is-suġġett tad-data għandu dritt jitlob li l-informazzjoni tiegħu tiġi emendata jew li ma tintużax f’każ li mhijiex korretta. Is-suġġett tad-data jista’ jitlob ukoll li d-data tiegħu tiġi mħassra.

Jekk applikabbli, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni u lPrivatezza tad-Data.

F’każ li m’intix sodisfatt bit-tweġiba li ngħatajt għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jidhru hawn taħt.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista jiġi kkuntattjat permezz tal-imejl dppermsec.family@gov.mt jew permezz tat-telefon 2590 3259/3218.

Il-kontrollur tad-Data għal Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, MSFC jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

Palazzo Ferreria

310, Triq ir-Repubblika

Il-Belt Valletta VLT 1110

Nru tat-Tel:  2590 3259/3218

Imejl:  dppermsec.family@gov.mt

 

Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

2 Livell, Airways House,

Triq il-Kbira,

Tas-Sliema, SLM 1549

Nru tat-Tel: 23287100

Imejl:  idpc.info@idpc.org.mt

Font Resize