Logo
Logo
  • MT
  • English

L-Unità tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni

Riżorsa fundamentali fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal hija l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni. L-attenzjoni primarja hija t-titjib fil-mod ta’ kif il-Ministeru juża t-teknoloġija bħala bażi soda u effettiva sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-mod tajjeb ta’ kif wieħed iħaddem it-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni u jinvesti b’mod xieraq f’dan il-qasam, jipprovdi l-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal bl-opportunità li jittrasforma l-mod ta’ kif isiru l-proċeduri u prattiċi ta’ xogħol. Waqt li wieħed iżomm dan f’rasu, l-għan primarju tal-Unità tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni​ huwa li jagħti direzzjoni strateġika u l-iImmaniġġjar tal-Informazzjoni sabiex tiġi aċċertata li d-dejta tiġi trasformata f’informazzjoni bħala riżorsa strateġika.

Is-soċjetà ilha tingħata servizzi soċjali u protezzjoni finanzjarja biex tassigura benessri bażiku għal aktar minn 60 sena. Il-politika soċjali tal-Gvern qed tindirizza l-aspettattivi tan-nies kemm f’termini ta’ servizzi offruti kif ukoll fil-mod kif dawn is-servizzi jsiru disponibbli. Meta tuża t-teknoloġija, is-servizzi jkunu eqreb lejn il-klijenti tagħna, aċċessibbli permezz ta’ apparat mobbli. Illum, il-klijenti jistgħu japplikaw għas-servizzi online, jaċċessaw is-servizzi personalizzati u jimmonitorjaw il-progress tal-applikazzjonijiet. Iktar kontroll jingħata lill-klijenti permezz tal-kalkulaturi tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.

L-impenn tal-Ministeru għal benessri bażiku sigur jibqa’ validu. Illum, hemm opportunità li tintuża t-teknoloġija għal għanijiet aktar diffiċli fosthom deċiżjonijiet imtejba ta’ teħid ta’ politika u twassil personalizzat ta’ servizzi. Billi s-servizzi soċjali huma direttament marbuta ma’ funzjonijiet oħra fl-Amministrazzjoni Pubblika; (il-finanzjament huwa marbut direttament mat-tassazzjoni u l-benefiċċji huma spiss marbuta ma’ servizzi oħra bħas-saħħa, impjiegi u l-familja), l-immaniġġjar ta’ informazzjoni jsir kruċjali u prijorità ewlenija fil-pjanijiet strateġiċi.

Il-modernizzazzjoni ta’ sistemi maġġuri għandha fost objettivi oħra, li tikseb koordinazzjoni akbar ma’ Ministeri oħra u aċċess għal dejta li tippermetti lill-maniġment jieħu deċiżjonijiet infurmati sew dwar politiki u programmi. Il-Ministeru għandu jikkontribwixxi għall-għan ta’ darba biss permezz ta’ sistemi konnessi mad-dħul intern, JobsPlus u oħrajn. Il-proġetti li jmiss huma ppjanati sabiex il-klijenti, direttament jew kif irrappreżentati mill-professjonisti maħtura tagħhom, jirreġistraw u jikkondividu data għal servizz aħjar u aktar personalizzat. L-għan huwa li jpoġġi lill-klijenti fiċ-ċentru tas-servizzi, billi jissimplifikaw il-proċessi, joffru servizzi fejn wieħed jinqeda waħdu u fejn ikun possibbli jkun awtomatizzat l-għoti ta’ benefiċċji.

F’dawn l-aħħar snin id-dinja elettronika saret parti integrali fil-ħajja tan-nies. F’dan ir-rigward, il-ministeru jinsab fuq quddiem biex ikollu preżenza onlajn. Il-Gvern elettroniku huwa l-mod kif il-ministeru jipprovdi informazzjoni pubblika u servizzi onlajn liċ-ċittadin. L-għan huwa li jipprovdi liċ-ċittadin informazzjoni aġġornata u servizzi onlajn 24/7, li jippermettu mod aktar trasparenti u effettiv sabiex jitwasslu s-servizzi.​

Font Resize