Logo
Logo
  • MT
  • English

Is-Segretarju Permanenti

Permanent Secretary – Mr Mark Musu’

Is-Sur Mark Musu’ ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1986 u kellu diversi karigi fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn dakinhar. Ħadem f’diversi karigi fi ħdan dan id-Dipartiment sakemm f’Diċembru 2005 nħatar Direttur responsabbli għall-Affarijiet tal-UE u Internazzjonali fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. F’Novembru 2008, is-Sur Musu’ nħatar Direttur (Żvilupp Strateġiku u Relazzjonijiet Internazzjonali) u f’Novembru 2012 Direttur (Strateġija tal-Pensjonijiet) fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Matul dawn is-snin huwa rrappreżenta lil Malta f’diversi kumitati tas-sigurtà soċjali tal-UE u kumitati internazzjonali oħra, konferenzi u seminars.

F’Marzu 2013 inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Bħalissa huwa wkoll iċ-Ċerpersin tal-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet li fost l-oħrajn huwa nkarigat li jagħmel reviżjoni komprensiva regolari kull 5 snin immirata biex tiżgura l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet f’Malta. Huwa wkoll membru tal-Bord tan-Netwerk ta’ l-Żvilupp Sostenibbli, membru tal-Kumitat kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, kif ukoll membru tal-Bord tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni.

F’Novembru 2020 is-Sur Musu’ ġie assenjat ukoll ir-responsabbiltà bħala Segretarju Permanenti għall-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali.​

Is-Sur Musu’ huwa ggradwat fl-Amministrazzjoni Pubblika.​

Font Resize