Ir-Rwol tas-Segretarju Permanenti
Is-Segretarju Permanenti huwa responsabbli lejn il-Prim Ministru għall-irwol iddelinjat għall-pożizzjoni tiegħu jew tagħha. Hu jew hi għandhom ir-responsabbiltà li jappoġġjaw il-politiki u l-prijoritajiet ġenerali tal-Gvern u li joperaw fil-kuntest tal-prattiċi u l-proċeduri ta’ ġestjoni stabbiliti għall-Gvern kollu.
Din li ġejja hija lista tad-dmirijiet ġeneriċi ta’ Segretarju Permanenti:
1. Jipprovdi appoġġ u pariri lill-Ministru, fost affarijiet oħra billi:
- Jantiċipa kwistjonijiet fil-Kamra tad-Deputati jew fil-midja
- Jimmaniġja kwistjonijiet kurrenti u problemi, bil-Ministru jkun infurmat bis-sħiħ
- Jipprovdi pariri
- Jiġġenera ideat biex jappoġġja l-aġenda tal-Ministru
- Iħeġġeġ klima li fiha l-Ministru u l-impjegati tal-Ministeru jistgħu jaħdmu flimkien b’mod effettiv
2. Jiżgura l-implimentazzjoni ta’:
- Proġetti maġġuri
- Formulazzjoni u direzzjoni tal-politika
- Tfassil ta’ pjan strateġiku settorjali u tan-negozju
- L-emendar u l-abbozzar tal-leġiżlazzjoni
3. Jipprovdi tmexxija, fost affarijiet oħra billi:
- Jimmaniġġja u jimmotiva lid-Diretturi Ġenerali u d-Diretturi billi jiddelega u rapportar ta’ progress
- Jistabbilixxi tmexxija kollettiva effettiva permezz tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ministeru
- Jiżgura lid-Diretturi Ġenerali / Diretturi jistabbilixxu tmexxija kollettiva effettiva permezz ta’ Kumitati tal-Ġestjoni Dipartimentali
- Iħeġġeġ ir-riċettività u entużjażmu għal inizjattivi ta’ riforma fi ħdan il-Ministeru
- Ifittex mexxejja bil-kapaċità li jibnu timijiet, jieħdu deċiżjonijiet, jagħtu riżultati u jikkomunikaw b’mod effettiv
4. Jamministra r-riżorsi finanzjarji b’mod effettiv, fost affarijiet oħra billi:
- Jikkoordina l-produzzjoni ta’ Stimi mid-dipartimenti, korpi parastatali u korpi assoċjati oħra u t-waqqif ta’ prijoritajiet fost talbiet konfliġġenti fuq riżorsi
- Jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti u l-politiki tal-Ministeru tal-Finanzi / Teżor
- Japprezza il-bzonn li l-ispejjeż isiru b’ċerta reqqa u jippromwovi eżami mill-ġdid tal-politiki
- Jiġu identifikati programmi maġġuri fejn reviżjoni hija meħtieġa
- Żamma taħt reviżjoni tal-metodi tax-xogħol u li tkun lest tikkunsidra modi ġodda biex tiżgura valur għall-flus
5. Jamministra r-riżorsi umani b’mod effettiv, fost affarijiet oħra billi:
- Jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti u l-politiki tad-Diviżjoni dwar Nies u Standards / l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), ir-regolamenti tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) u l-ftehimiet mal-unjons
- Jistabbilixxi klima li fiha l-istaff huwa involut, jifhem l-għanijiet u jħossu rikonoxxut u ppremjat
- Jimmotiva l-istaff kollu biex isib metodi ġodda kif jagħmel l-affarijiet
- Jippromwovi l-iżvilupp tal-istaff biex jilqa’ sfidi ġodda u jipprovdi mexxejja futuri
- Jiddiskuti ħatriet fil-Kategorija A mas-Segretarju Permanenti (OPM) u movimenti tal-istaff f’kategoriji oħra mad-Diviżjoni dwar Nies u Standards
- Ikejjel il-prestazzjoni tad-Diretturi Ġenerali / Diretturi
6. Biex jamministra l-immaniġġjar tal-komunikazzjonijiet mal-pubbliku, fost affarijiet oħra billi:
- Jaħdem mill-qrib ma’ korpi kostitwiti u oħrajn biex jippromwovi s-solidarjetà, jesplora l-ideat u jispjega d-deċiżjonijiet
- Jaħdem biex jiżviluppa komunikazzjonijiet effettivi u sensittivi mal-pubbliku fil-Ministeru kollu u f’organizzazzjonijiet parastatali
- Jippromwovi inizjattivi biex itejjeb is-servizz lil konsumatur
7. Biex jikkontribwixxi għall-amministrazzjoni kollettiva tal-Gvern, fost affarijiet oħra billi:
- Jiżgura li jittieħed akkont tal-interessi u l-opinjonijiet ta’ partijiet oħra tal-Gvern
- Jikkontribwixxi għal diskussjonijiet dwar politiki maġġuri tal-Gvern
- Jipprovdi direzzjoni strateġika fit-tul
- Jipparteċipa f’laqgħat ta ‘Segretarji Permanenti mlaqqa’ mis-Segretarju Permanenti, OPM
8. F’konsultazzjoni mad-Diretturi Ġenerali / Diretturi, fejn xieraq, biex:
- Jiddetermina d-delineazzjoni tal-funzjonijiet dipartimentali
- Jipprovidi għal ristrutturar organizzattiv
- Jikkoordina l-allokazzjoni tal-istaff
- Jiżgura taħriġ u żvilupp xieraq
- Jiżgura l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni effettivi
- Jawtorizza kapital sabiex jinxtraw assi skont l-awtorità delegata lilu
- Jistabbilixxi rabtiet effettivi fil-Ministeru u ma’ Ministeri oħra
- Jipprovidi għal verifiki ta’ operazzjonijiet effettivi