Logo
Logo
  • MT
  • English

Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

Li jikkoordina t-tweġibiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u oqsma relatati fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE) u f’oħrajn internazzjonali; li jassisti fit-tfassil ta’ politiki f’materji relatati mal-Affarijiet Soċjali; u biex jikkoordina u jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi kofinanzjati mill-UE li jappartjenu għall-Ministeru.

Funzjonijiet Ewlenin

Il-kompetenza tad-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm tkopri l-oqsma ta’ ħidma li ġejjin:

  1. Affarijiet tal-Unjoni Ewropea
  2. Affarijiet Internazzjonali
  3. Żvilupp ta’ Politika
  4. Implimentazzjoni tal-Programm​

Responsabbiltajiet Ewlenin

  1. Affarijiet tal-UE – Id-Direttorat għall-iżvilupp tal-politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tal-formulazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Ministeru dwar kwistjonijiet u inizjattivi relatati mal-UE, kif ukoll fil-koordinazzjoni tal-parteċipazzjoni minn rappreżentanti tal-Ministeru f’fora tal-UE.Id-Direttorat huwa wkoll inkarigat bl-identifikazzjoni proattiva ta’ oqsma ta’ importanza strateġika ewlenija fl-Affarijiet Soċjali fejn l-istituzzjonijiet tal-UE huma involuti f’diskussjoni u formulazzjoni ta’ proposti u biex jsiru konsultazzjonijiet relatati magħhom, kemm fi ħdan il-Ministeru nnifsu kif ukoll ma’ partijiet interessati esterni. Barra minn hekk, id-Direttorat huwa responsabbli biex jiżgura li l-obbligi kollha li jkun daħlu għalihom il-Gvern bħala Stat Membru tal-UE jiġu rrispettati fil-limiti taż-żmien miftiehma. Dan jinvolvi wkoll il-monitoraġġ tal-konformità mad-Direttivi tal-UE u dispożizzjonijiet leġiżlattivi oħra li jappartjenu lill-Ministeru.
  2. Affarijiet Internazzjonali – Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm jipprovdi l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp ta’ attivitajiet bilaterali ma ‘ pajjiżi oħra u jfittex opportunitajiet għat-trawwim ta’ kollaborazzjoni internazzjonali akbar filwaqt li jiżgura l-konformità mal-ftehimiet u l-impenji bilaterali u multilaterali. Barra minn hekk, id-Direttorat jikkoordina t-tweġibiet tal-Ministeru għat-talbiet irċevuti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, kif ukoll minn Ministeri oħra, relatati ma’ oqsma ta’ attività li jappartjenu lill-Ministeru, u li joriġinaw minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa. Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-konformità tal-Ministeru tal-konvenzjonijiet internazzjonali u bilaterali.
  3. Żvilupp tal-Politika – Id-Direttorat jikkontribwixxi lejn it-titjib tal-iżvilupp u l-formulazzjoni tal-politika fi ħdan il-Ministeru, b’mod partikolari, billi jżomm ruħu aġġornat dwar il-politiki proposti u diskussi mill-UE li jista’ jkollhom effett dirett jew indirett fuq l-istrateġija jew l-operazzjonijiet tal-Ministeru, kif ukoll permezz tad-disseminazzjoni. Barra minn hekk, id-Direttorat huwa responsabbli biex jiżgura li l-politiki tal-Ministeru kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak internazzjonali jkunu koerenti u konsistenti mal-politiki mal-Gvern kollu.
  4. Implimentazzjoni tal-Programm – Il-ħidma mwettqa mill-Unità tal-Implimentazzjoni tal-Programm fi ħdan l-unità tal-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm tinvolvi prinċipalment il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-diversi proġetti, inizjattivi u miżuri li jappartjenu lill-Ministeru, filwaqt li tikkoordina wkoll ma’ partijiet interessati oħra biex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tat-tali proġetti, inizjattivi u miżuri. Id-Direttorat jippromwovi wkoll il-parteċipazzjoni tal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru fi programmi u inizjattivi ffinanzjati mill-UE filwaqt li jipprovdi wkoll gwida u appoġġ biex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ta’ proposti ta’ proġetti għall-finanzjament tal-UE.

Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)

Il-programm tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn tnieda madwar l-Unjoni Ewropea (UE) f’Jannar 2015 u ħa post il-programm tad-Distribuzzjoni tal-Ikel tal-UE għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (MDP). L-għan tal-FEAD huwa li jkisser iċ-ċirku vizzjuż tal-faqar u l-privazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea (UE) billi jipprovdi assistenza mhux finanzjarja liċ-ċittadini vulnerabbli fl-Istati Membri. Ikklikkja l-links li ġejjin jew bl-Ingliż jew bil-lingwa Maltija għal aktar informazzjoni. Aktar informazzjoni.

Font Resize