Logo
Logo
  • MT
  • English

Notifiki Importanti

Ċertifikat Temporanju tal-Konsulenti

Il-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling f’Malta ddeċieda li l-istudenti jistgħu japplikaw għal warrant temporanju tal-Konsulenti meta jippreżentaw traskrizzjoni sħiħa mill-Università.

 

Nota għall-Applikanti Ġodda Kollha għall-Warrant

Dawk li se jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom għall-warrant, huma ġentilment mitluba jibagħtu kopja vera taċ-ċertifikat tagħhom mit-23 ta’ Novembru 2020.

Dawk li applikaw fit-tard għall-warrant temporanju u ma bagħtux iċ-ċertifikat tal-kwalifika maħruġ mill-Università ta’ Malta huma mitluba mill-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling biex jibagħtu kopja ċċertifikata vera taċ-ċertifikat tal-kwalifika tagħhom mill-aktar fis possibbli. Sabiex wieħed ikollu ismu mniżżel bħala konsulent b’warrant fuq is-sit web tal-kunsill, huwa essenzjali li tinżamm konformità ma’ din il-proċedura.

 

Superviżjoni

Jekk joġħġbok kun af li biex konsulent jimxi minn warrant temporanju għal wieħed permanenti jeħtieġ li jitwettqu 1000 siegħa ta’ kuntatt mal-klijenti. Is-superviżjoni għal dawk b’warrant temporanju hija ta’ 1:15.

Il-Kunsill jixtieq jiġbed l-attenzjoni li s-superviżjoni ma tistax tiġi pprovduta mill-maniġer dirett ta’ dak li qed issir superviżjoni fuqu minħabba rwoli doppji. Dan japplika kemm għal dawk li għandhom warrant temporanju kif ukoll għal dawk b’warrant permanenti”.

Superviżjoni li tiġi offruta minn superviżuri apprendisti ma tistax tiġi kkunsidrata meta ssir applikazzjoni għal warrant peress li għad ma jkunux superviżuri kwalifikati.

Ċerimonja ta’ Warranting

Bi pjaċir kbir inħabbru li l-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling f’Malta b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, se jorganizza ċ-Ċerimonja ta’ Warranting tal-Counsellors nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Settembru 2021 fis-6pm li se ssir fl-Aula Magna, l-Università ta’ Malta, Valletta Campus.

Stediniet personali se jintbagħtu mis-Segretarja tal-Kunsill, Miss Audrey Micallef Grimaud, permezz ta’ email li jeħtieġ li tkun RSVP sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 17 ta’ Settembru 2021.

Skond il-kriterji attwali tal-COVID-19, dawk kollha preżenti għandhom bżonn jiskennjaw ċertifikat validu ta’ tilqim u jippreżentaw mezz xieraq ta’ identifikazzjoni bħal Karta tal-Identità jew Passaport fil-bieb qabel ma jitħallew jidħlu. Il-miżuri kollha attwali tal-COVID-19 se jiġu osservati inkluż l-ilbies ta’ maskri ġewwa l-post u l-użu ta’ sanitizer tal-idejn.

Niperaw li narawk għal dan l-avveniment.