Logo
Logo
  • MT
  • English

Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol

Meta jintuża b’mod irresponsabbli, l-alkoħol ikollu impatt negattiv fuq l-individwu, il-familji u s-soċjetà kollha. F’dan l-Abbozz ta’ Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol, approċċ multisettorjali multidimensjonali huwa identifikat bħala meħtieġ sabiex titnaqqas il-ħsara. Hija meħtieġa kollaborazzjoni multisettorjali bejn il-leġiżlaturi, il-pulizija, il-fornituri tal-kura tas-saħħa u soċjali, u l-industrija tal-alkoħol u t-turiżmu, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ din il-politika. L-oqsma indirizzati fl-24 azzjoni jirrikonoxxu l-ħtieġa li jiġu żviluppati, implimentati u evalwati prattiki, miżuri u programmi li huma soċjalment u kulturalment xierqa.

Il-politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol tidentifika miżuri ġenerali indirizzati lill-popolazzjoni kollha kif ukoll miżuri mmirati lejn iż-żgħażagħ. L-ebda miżura waħda ma tkun effettiva jekk tittieħed waħedha. Permezz ta’ din il-politika, il-Ministeru responsabbli għall-politika soċjali, permezz tal-Unità Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għad-Drogi u l-Alkoħol, għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm konsolidazzjoni ta’ inizjattivi u koordinazzjoni bejn id-diversi Ministeri, organizzazzjonijiet volontarji u korpi oħra li huma meħtieġa jimpenjaw ruħhom biex jipprevjenu l-użu tal-alkoħol fost dawk li għandhom inqas minn sbatax-il sena u jnaqqsu l-użu dannuż tal-alkoħol fost l-adulti li jinkludi s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb. Il-politika per se hija għalhekk tentattiv biex jitnaqqsu u jiġu evitati l-ħsara potenzjali u l-konsegwenzi negattivi tal-alkoħol fuq l-individwu, il-familja u s-soċjetà inġenerali.

Dan id-dokument qed jitnieda għal konsultazzjoni pubblika fit-6 ta’ Ottubru 2016. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tkun miftuħa għal sitt ġimgħat sal-17 ta’ Novembru 2016.

Dokument ta’ Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol (verżjoni bl-ingliż biss)

Font Resize