Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal b’kollaborazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, organizzat konferenza immirata lejn l-importanza li tittejjeb u tiġi ssimplifikata l-kommunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali, bil-għan li tkun aktar mifhuma miċ-ċittadin.
Bis-sehem ta’ diversi esperti fil-qasam, dan l-avveniment iffoka fuq il-kunċett ta’ kitba sempliċi f’dokumenti/ittri bil-għan li l-qarrej ikun jista’ jifhem il-messaġġ b’mod aktar ċar. Suġġetti ewlenin kienu jinkludu: kitba ċara għat-tfal u l-ħolqien ta’ dokumenti immirati għat-tfal, kitba ċara f’dokumenti legali, l-approċċ ta’ lingwaġġ sempliċi, kitba ċara fil-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll kitba ċara fil-kuntest Malti.Il-Konferenza, l-ewwel tax-xorta tagħha f’Malta, serviet bħala opportunità għall-parteċipanti biex jaqsmu l-għarfien dwar il-benefiċċji ta’ komunikazzjoni ċara u li tinftiehem, kemm għas-servizz pubbliku kif ukoll għall-pubbliku li qed jirċievi l-komunikazzjoni.
Riżorsi tal-Konferenza
Videos
- Messaġġ mill-Onor. Il-Ministru Dr Michael Falzon, LLD, ACIB, MP (verżjoni bl-Ingliż biss)
- Kitba Ċara – Karatteristika
Preżentazzjonijiet
- Ms Anya Mehr – Kitba Ċara fil-Kummissjoni (verżjoni bl-Ingliż biss)
- Is-Sur David Schembri – L-Għażla Ċara (verżjoni bl-Ingliż biss)
- Dr Joe Izzo Clarke – Kitba Ċara f’Dokumenti Legali (verżjoni bl-Ingliż biss)
- Dr Lodewijk van Noort – Kitba Ċara (verżjoni bl-Ingliż biss)
- Prof Lundy – Kitba Ċara Favur it-Tfal (verżjoni bl-Ingliż biss)