Logo
Logo
  • MT
  • English

Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2022

L-Iskop tal-mixgħela bl-aħmar ta’ Palazzo Ferreria huma:

  • li l-eluf ta’ d-donaturi li ta’ kull sena jagħtu d-demm fuq bażi volontarja u mingħajr pretenzjoni ta’ ħlas lura jkunu murija rikonoxximent b’mod apert. Grazzi għad-donazzjonijiet tad-demm tagħhom, Is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa ikun jista jibqa’ għaddej u jagħti s-sapport meħtieġ f’waqtu lil elf oħra ta’ pazjenti li kull sena jiġu bżonn trasfużjonijiet tad-demm.
  • Biex id-donaturi eżistenti jagħmlu kuraġġ u jikkommettu ruħhom li jagħtu d-demm b’mod iktar regolari.
  • Li jikber l-għarfien tal-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm u l-ġest nobbli tad-donaturi eżistenti jservi biex iktar nies f’saħħithom, partikolarment żgħażagħ, jikkonvinċu ruħhom li jibdew jagħtu d-demm huma wkoll.