Il-Jum Dinji għall-Għarfien dwar l-Abbuż tal-Anzjan – 15 ta’ Ġunju

L-iskop tal-Jum Dinji għall-Għarfien dwar l-Abbuż tal-Anzjani huwa li jipprovdi opportunità lill-komunitajiet madwar id-dinja kollha biex jippromwovu fehim aħjar tal-abbuż u t-traskuraġni tal-anzjani billi jqajmu kuxjenza dwar il-proċessi kulturali, soċjali, ekonomiċi u demografiċi li jikkontribwixxu għall-abbuż u t-traskuraġni tal-anzjani.

L-abbuż fuq l-anzjani jseħħ f’ħafna partijiet tad-dinja bi ftit rikonoxximent jew rispons. Sa ftit ilu, din il-problema soċjali serja kienet fil-biċċa l-kbira moħbija mill-vista pubblika u ttrattata bħala kwistjoni privata. Anke llum, l-abbuż fuq l-anzjani għadu tabù, sottovalutat ħafna u injorat mis-soċjetajiet madwar id-dinja. Għalkemm l-estent tat-trattament ħażin tal-anzjani mhux magħruf, l-implikazzjonijiet soċjali u morali tiegħu huma ċari. Bħala tali, jeħtieġ rispons globali multidimensjonali ffukat fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-anzjani.

Irrapporta Abbuż

Font Resize