Logo
Logo
  • MT
  • English

Il-Ministru

Dr Michael Falzon twieled fis-16 ta’ Novembru 1961, lil Mosè Falzon u Carmela nee’ Said, li oriġinarjament ġejjin minn Għawdex.

Huwa ħa l-edukazzjoni fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir f’Tas-Sliema u l-Belt Valletta u wara kompla l-istudji tiegħu post sekondarji, daħal jaħdem mal-Bank of Valletta fl-1979 bħala skrivan. Fl-1985 Dr Falzon daħal għall-kors tal-Liġi fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa bħala Nutar fl-1989 u bħala Avukat fl-1991. Huwa kompla jitħarrreġ fl-istudji bankarji, fejn kiseb kwalifika internazzjonali bħala Assoċjat tal-Istitut tal-Bankiera Chartered, (ACIB). Għal numru ta’ snin kien il-Kap Eżekuttiv tal-Uffiċċju Legali tal-Bank.

Dr Michael Falzon serva bħala l-Maniġer tal-Elezzjonijiet tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista  ta’ Malta mill-1992 sal-2003. Hemmhekk bena u mexxa tim ta’ persuni dedikati li żgura li l-Partit Laburista kien organizzat professjonalment, u li l-proċess elettorali kien ġust, trasparenti u bla problemi. Dan il-professjonaliżmu kiseb ir-rispett ta’ kulħadd fil-pajjiż kollu, mhux biss fil-kamp tal-Partit Laburista, iżda wkoll mill-Partit Nazzjonalista u l-Kummissjoni Elettorali. Huwa kien involut ukoll f’diskussjonijiet li wasslu għall-emenda tal-Kostituzzjoni Maltija f’diversi każijiet.

Huwa serva wkoll bħala s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista bejn l-1998 u l-2003. F’din il-kariga huwa tejjeb il-kuntatti tal-Partit Laburista ma’ partiti oħra tal-istess twemmin fl-Ewropa u r-Reġjun tal-Mediterran. Ix-xogħol internazzjonali ta’ Dr Falzon laħaq il-qofol tiegħu f’laqgħat ma’ mexxejja dinjija bħal Tony Blair tar-Renju Unit; Massimo D’Alema tal-Italja; Martin Schulz, il-President tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej fil-Parlament Ewropew; u l-Mexxej Laburista Awstraljan u eventwalment Prim Ministru Kevin Rudd.

He contested the general election for the first time in March 2008 and was elected from the Second and Tenth District.  He was also Deputy Leader for Party Affairs from March 2003 to June 2008.  He was also a candidate in the 2013 and 2017 general elections in which latter election he was elected on both the Ninth and Tenth Districts, following which he was appointed Minister for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity.

Huwa kkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba f’Marzu 2008 u ġie elett mit-Tieni u l-Għaxar Distrett. Kien ukoll Viċi Kap tal-Affarijiet tal-Partit minn Marzu 2003 sa Ġunju 2008. Kien ukoll kandidat fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 u l-2017 fejn l-aħħar elezzjoni tiegħu ġie elett kemm fid-Disa’ kif ukoll fl-Għaxar Distretti, u wara ġie maħtur Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.

Dr Michael Falzon serva wkoll bħala Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni minn April 2014 sa Jannar 2016.

Dr Michael Falzon huwa miżżewweġ lil Anna Maria née Lia u għandhom żewġt itfal, Martina u Nathaniel.​

Font Resize