Dwarna
Dikjarazzjoni tal-Viżjoni
“Biex nippromwovu u nsostnu s-sigurtà soċjali permezz tal-għotja ta’ benefiċċji finanzjarji u servizzi soċjali lil individwi u familji li jkun jistħoqqilhom”
Dikjarazzjoni tal-Missjoni
“Biex niżguraw kwalità ta’ ħajja aħjar għas-soċjetà tagħna, partikolarment għall-familji u t-tfal, permezz ta’ kopertura estensiva ta’ protezzjoni soċjali u firxa ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali ta’ kwalità”
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal (Portafoll) huwa impenjat li jtejjeb il-benesseri soċjali u l-prospetti tal-ħajja tas-soċjetà b’mod ġenerali u partikolarment persuni vulnerabbli. Jipprova jikseb dan l-impenn billi jtejjeb kontinwament id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-għajnuna soċjali li joffri sabiex:
- jipprovdi benefiċċji soċjali adegwati u sostenibbli għall-individwi u l-familji fil-bżonn
- joffri servizzi ta’ għajnuna soċjali ta’ kwalità
- jippromwovi u jissalvagwardja l-benesseri u d-drittijiet tat-tfal
Fl-impenn sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, il-Ministeru jadotta l-prinċipji li ġejjin:
- Nagħmlu dak li hu Ġust – Nirrikonoxxu t-tendenzi soċjali li qed jinbidlu, ngħarfu l-ħtiġijiet emerġenti u nadottaw interventi professjonali / tekniċi xierqa biex jittrattaw b’mod effiċjenti u effettiv il-ħtiġijiet leġittimi tal-klijenti
- Niffukaw fuq il-Klijent – Naqdu l-ħtiġijiet tal-klijenti b’mod utli, fil-pront u b’mod sensittiv, filwaqt li nirrikonoxxu ċ-ċirkostanzi individwali tagħhom u nirrispettaw d-dinjità u l-kunfidenzjalità tagħhom f’kull ħin
- B’Mod Miftuħ u Kontabbli – L-adozzjoni ta’ politiki u proċeduri ċari u li jiġi żgurat li informazzjoni, u pariri jingħataw b’mod ċar, preċiż u komplet
- L-Azzjoni tkun Proporzjonali – Nittrattaw liċ-ċittadini b’mod imparzjali, b’rispett u kortesija
- Noffru Rimedju – Nisimgħu l-ilmenti tal-klijenti u noffru rimedju ġust u xieraq meta jintlaqa’ lment
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Il-Ministeru hu impenjat li jaċċerta kwalità ta’ ħajja aħjar permezz tal-għoti ta’ benefiċċji soċjali suffiċjenti lil individwi u familji fil-bżonn u servizzi ta’ assistenza soċjali ta’ kwalità sabiex tingħata spinta lill-komunitajiet lokali. Barra minn hekk, kura fit-tul u servizzi ta’ kwalità xierqa huma provduti għall-anzjani b’konċentrazzjoni qawwija fuq l-anzjanità attiva u ż-żamma ta’ dawn in-nies fil-komunità għal kemm jista’ jkun. Ċentrali hija wkoll il-preservazzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għall-persuni kollha b’diżabilità fl-aspetti kollha.
Dan ta’ hawn fuq jista’ jiġi ipprovdut permezz ta’ kooperazzjoni u komunikazzjoni tajba bejn id-dipartimenti, id-direttorati u l-entitajiet kompetenti tiegħu. Fl-impenn biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, is-solidarjetà u l-inklużjoni soċjali għal kulħadd, il-Ministeru kontinwament ifittex li jtejjeb il-firxa ta’ servizzi li joffri bil-għan li jindirizza b’mod effiċjenti u effettiv il-ħtiġijiet kontinwi u emerġenti.