Logo
Logo
  • MT
  • English

Dipartimenti u Entitajiet

​Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) jipprovdi għal żewġ skemi bażiċi, jiġifieri l-Iskema ta’ Kontribuzzjoni u l-Iskema Mhux Kontributorja. L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.) jifforma l-bażi ta’ żewġ pilastri robusti li fuqhom jitħallsu l-benefiċċji. Huwa bbażat fuq ħlasijiet regolari li jkopru r-residenti għal ċerti benefiċċji fil-mard u l-maternità, l-irtirar, l-invalidità u r-romol, korrimenti u mard fuq ix-xogħol, qgħad u benefiċċji tal-familja.​

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) permezz tal-Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa u LEAP, tipprovdi servizzi komprensivi ta’ prevenzjoni, appoġġ, u trattament kemm fil-komunità kif ukoll f’ambjenti residenzjali. Ħaddiema soċjali u professjonisti oħra fi ħdan oqsma ta’ servizzi ddedikati ta’ dawn l-aġenziji, jaħdmu ma’ gruppi mmirati varji inkluż tfal, familji u adulti fil-bżonn, persuni bi problemi ta’ dipendenza, u nies f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Il-Fondazzjoni hija rregolata minn Bord magħmul minn President u mhux inqas minn erba’ membri oħra maħtura mill-Prim Ministru minn fost persuni, li jistgħu jagħtu kontribuzzjoni valida permezz tal-esperjenza tagħhom fl-oqsma tal-ħarsien soċjali in ġenerali u b’mod partikolari f’riċerka dwar il-ħarsien soċjali.​

Il-Kummissarju għ​at-Tfal huwa responsabbli għall-ħarsien u l-protezzjoni tat-tfal, il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, billi jiżgura l-provista ta’ servizzi meħtieġa għat-tfal u l-parteċipazzjoni tat-tfal. L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal iservi bħala punt fokali li jseġwi s-sitwazzjoni soċjali u kulturali attwali fir-rigward tat-tfal. Il-Kummissarju għat-Tfal ġie stabbilit bis-saħħa tal-Att tal-Kummissarju għat-Tfal (KAP. 462.).

Font Resize