Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur
Kapitolu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur
L-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur daħal fis-seħħ nhar it-Tnejn, 16 ta’ Settembru 2013.
Il-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ il-ġlieda għal governanza tajba, u l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur huwa pilastru importanti għal soċjetà aħjar u aktar ġusta.
F’kull Ministeru governattiv ġie appuntat Uffiċjal dwar Żvelar ta’ Informazzjoni Protetta mill-livell ta’ Assitent Direttur ‘l fuq, inkarigat sabiex jilqa’ r-rapporti. Inħatar ukoll uffiċjal għoli fis-Settur Pubbliku mill-Uffiċċju tal-Kabinett ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja li ġie inkarigat bir-responsabbiltà li jservi bħala
Uffiċjal dwar Żvelar ta’ Informazzjoni Protetta Estern sabiex jilqa’ r-rapporti kollha skont il-liġi.
Informatur għandu jissottometti rapport magħmul bona fide, u jkun/tkun protett/a minn kull azzjoni dixxiplinarja kontriħ/kontriha. L-iżvelar jista’ jiġi eżerċitat fuq fatti li ġraw kemm qabel kif ukoll wara li daħlet il-liġi fis-seħħ. Din il-leġislazzjoni tagħti protezzjoni sħiħa lil dawk kollha li huma onesti, u
tiggarantixxi sigurtà u riassigurazzjoni kontra kull ritaljazzjoni. Fl-istess ħin isservi bħala inċentiv lil dawk kollha b’xi mġieba ħażina sabiex jiżvelaw l-azzjonijiet tagħhom.
Kuntatt relatat ma’ Informazzjoni dwar Żvelar ta’ Informazzjoni Protetta:
Indirizz:
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Triq ir-Repubblika,
Valletta VLT 1110
Numru ta’ Kuntatt: Tel: +356 2590 3218
Email ta’ Kuntatt: whistleblower.msfc@gov.mt