Logo
Logo
  • MT
  • English

Data, Informazzjoni u Żvelar Protett

Libertà tal-Informazzjoni

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (KAP. 496.​) jistabbilixxi d-dritt għall-pubbliku ġenerali għal informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet pubbliċi sabiex jippromwovu aktar trasparenza u responsabbiltà fil-gvern. Għaldaqstant, il-pubbliku ġenerali jista’ jitlob dokumenti miżmuma mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal (MSFC). Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn​

Politika tal-Cookie

​Il-Ministeru huwa impenjat li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta inti żżur dan is-sit. Aħna nagħmlu ħilitna biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tkunx provduta minnek volontarjament permezz tal-formoli online. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn​

Politika tal-Privatezza

Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utent tagħna u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tiġix provduta minnek b’mod volontarju. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn​

Regoli tal-eCommunication

Messaġġi elettroniċi, inkluż posta elettronika (e-mail) jista’ jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali maħsuba biss għall-individwi msemmija fil-komunikazzjonijiet. Jekk m’intix ir-riċevitur intiż ta’ tali informazzjoni, m’għandekx ixxerred, tqassam jew tikkopja l-kontenut tal-messaġġi elettroniċi u tal-posta elettronika. Jekk irċevejt messaġġi elettroniċi jew komunikazzjonijiet bi żball, jekk jogħġbok għarraf lill-mittent immedjatament u eqred il-messaġġ u l-kontenut tiegħu b’mod permanenti. Is-sigurtà, l-affidabbiltà tal-kunsinna u l-integrità tal-posta elettronika u t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni elettronika ma jistgħux jiġu garantiti minħabba li l-informazzjoni tista’ tiġi modifikata fi tranżitu, jew jista’ jkun fiha xi viruses. Kwalunkwe ħsibijiet jew opinjonijiet imsemmija fl-e-mails u komunikazzjonijiet elettroniċi huma biss dawk tal-awtur u mhux neċessarjament jirrappreżentaw dawk tal-Ministeru, sal-limitu permess mil-liġi. Il-Ministeru mhux se jaċċetta kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta minn komunikazzjoni elettronika.​

Żvelar ta’ Informazzjoni Protetta

L-għan tal-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur (KAP. 527.) huwa li jipprovdi għal proċeduri li skondhom impjegati kemm fis-settur privat kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika jistgħu jiżvelaw informazzjoni dwar prattiki mhux xierqa minn min iħaddimhom jew minn impjegati oħra li jimpjegaw lil min iħaddimhom u biex tipproteġi lill-impjegati li jagħmlu l-iżvelar imsemmi minn azzjoni detrimentali. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn​​​​​​​​​​​

Font Resize