Site Logo
Site Logo
  • MT
  • English

Press Release by the Ministry for Social Policy and Children’s Rights: Booklet for little children to raise more awareness about domestic violence (maltese version only)

28.07.2022 | Press Releases

Reference Number: PR221016

Imniedi l-ktejjeb “Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħazin”, li huwa mmirat għal tfal ta’ bejn it-8 u t-12-il sena. Bil-mod sempliċi u spjegat tiegħu, jgħin mhux biss lit-tfal li jkunu għaddejjin minn problemi simili, iżda anke lill-professjonisti biex jifhmu aħjar l-effetti devastanti li jġorru magħhom it-tfal tul ħajjithom. 

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon li spjega li permezz ta’ dan il-proġett, il-passjoni, l-esperjenza u l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti edukattivi u dawk soċjali ngħaqdu flimkien. 

Huwa faħħar din l-inizjattiva li ttieħdet minn Trobbija Pożittiva, il-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika. “Kemm huwa importanti li ninżlu għal-livell tat-tfal u nifhmu l-esperjenzi tagħhom mill-qrib. Ikun għalxejn jekk ma jirnexxilniex nibnu sens ta’ fiduċja, sabiex imabagħad huma jkunu komdi jitkellmu dwar dak li għaddew minnu.” 

Permezz ta’ dan il-ktieb, it-tfal,  bl-għajnuna tal-ġenituri, l-għalliema u l-professjonisti, isibu l-kliem sabiex jitkellmu fuq suġġett delikat u diffiċli, b’mod li mhux tqil u li jista’ jgħin lit-tfal jindunaw li mhumiex waħedhom f’dawn is-sitwazzjoniijiet ibsin. 

Il-ktejjeb se jkun disponibbli fil-libreriji kollha ta’ Malta u Għawdex.​​