Site Logo
Site Logo
  • MT
  • English

Statement by the Ministry for Social Justice and Solidarity, the Family and Children’s Rights: Antoinette Vassallo is appointed Commissioner for Children (maltese version only)

01.02.2022 | Press Releases

Reference Number: PR220141

Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ħatar lil Antoinette Vassallo bħala Kummissarju għat-Tfal. Dan wara li spiċċa t-terminu ta’ Pauline Miceli.

Antoinette Vassallo gradwat bħala infermiera fl-1978 u ħadmet f’din il-professjoni sal-1985. Serviet bħala Sindku f’Ta’ Xbiex għal 14-il sena, sas-sena 2013.

Is-Sinjura Vassallo serviet bħala Direttur tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni bejn April tal-2013 u Settembru tal-2017. Kienet Chairperson tal-Awtorità tad-Djar minn April tal-2013 sa Settembru tal-2017. Serviet ukoll bħala Direttur tal-Bord tal-Malta Industrial Parks minn Ottubru tal-2017 sa Ottubru tal-2019.

Hija ħadmet ukoll bħala Viċi Chairperson taċ-Children And Young Persons Advisory Board (CYPAB), fejn aktar tard inħatret bħala Chairperson tal-Bord sa Ġunju tal-2020. Fil-preżent hija membru tal-Bord fil-Kumitat tat-Tisħiħ tal-Familja, li huwa parti mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal.

Hija wkoll membru tal-Bord tal-Kumitat tal-Faċilità San Vinċenz de Paule.

Antoinette Vassallo twieldet fl-1957, hija miżżewġa lil Adrian Vassallo, u għandhom ħamest itfal.

Il-ministeru jawgura lil Antoinette Vassallo għal din il-ħatra u jħares lejn kontinwità tax-xogħol li twettaq minn Pauline Miceli sabiex tingħata aktar vuċi u jingħataw ukoll id-drittijiet lit-tfal kollha f’pajjiżna, speċjalment dawk vulnerabbli.