Site Logo
Site Logo
  • MT
  • English

Statement by the Ministry for Social Justice and Solidarity, the Family and Children’s Rights: Home Start Service Extended (maltese version only)

19.01.2022 | Press Releases

Reference Number: PR220070

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, ħabbret li se tkun qed tkompli toffri s-servizz tal-Home Start li huwa parti minn ħolqa ta’ servizzi li qed jgħin lill-familji ta’ tfal li għandhom sa ħames snin. 

Dan is-servizz jikkumplimenta l-ħidma ta’ professjonisti varji ġejjin mill-FSWS u qed ikun mogħti permezz tas-sehem attiv tal-voluntiera. Dan is-servizz qed ikompli jixpruna parteċipazzjoni attiva mill-membri tal-familja, bil-għan li jkunu mogħtija l-abbiltajiet li jistgħu jwasslu l-familji jkunu iktar indipendenti fil-futur. 

Minkejja l-pandemija s-sostenn għall-familji baqa’ għaddej u sar impenn ukoll biex il-voluntiera tas-servizz ikunu mogħtija l-għajnuna li kellhom bżonn.  

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet l-Erbgħa filgħodu, fejn kien imniedi r-rapport ta’ ħidma ta’ Home Start għas-sena 2020. Il-Home-Start huwa magħmul minn żewġ skemi, waħda f’Malta u l-oħra f’Għawdex, kif ukoll National Office li jikkordina ż-żewġ skemi.  

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-isforzi tagħna fl-FSWS qed isiru sabiex jagħtu mbuttatura ‘l quddiem lill-familji vulnerabbli li jsibuha diffiċli jaffaċċjaw sfidi mhux mistennija f’ħajjithom. Tul l-aħħar xhur rajna ħidma strutturata u mmirata għal diversi faxex. Dan hu Gvern li jemmen fil-potenzjal ta’ kulħadd.

“Ir-realtajiet soċjali qegħdin magħna, għalxejn nippruvaw nuru stampa perfetta. Imxejna ħafna ‘l quddiem u rnexxilna noħorġu mijiet ta’ familji mir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali”, stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Għal dawk li huma servizzi soċjali, biex twettaq il-ħidmiet tagħha l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ser tkun fdata b’somma globali ta’ aktar minn disgħa u għoxrin  miljun ewro (€29,380,000), sabiex ikun jista’ jingħata l-aqwa servizz matul din is-sena. 

Font Resize