Site Logo
Site Logo
  • MT
  • English

Stqarrija mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Riforma u riabilitazzjoni lill-priġunieri (Maltese version only)

05.02.2021 | Press Releases

Reference Number: PR210262

Allokati €602,250 lill-Fondazzjoni RISe.

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal iffirma ftehim ieħor mal-Fondazzjoni RISe, li tassisti persuni li jkunu għadhom ħerġin mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jew inkella jkunu qed jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza tagħhom. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Fondazzjoni RISe se tkun qed tirċievi €602,250 fuq medda ta’ tliet snin.

Il-Fondazzjoni RISe, permezz ta’ residenza adattata, toffri programm riabilitattiv, tagħti saqaf lil dawn il-persuni, filwaqt li tgħinom jintegraw lura fis-soċjetà.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-gvern jemmen bis-sħiħ fil-ġustizzja soċjali, u għalhekk il-bżonn li nerġgħu nagħtu ċans lil dawn il-persuni, li lkoll għandhom familji, valuri u dritt li jirritornaw lura fis-soċjetà.

Il-Ministeru se jkun qed jalloka din is-somma sabiex jiggarantixxi s-sostenn, filwaqt li se jkompli jifforma ftehimiet soċjali ma’ għaqdiet mhux governattivi li jgħinu nies fil-komunità.

Font Resize