Stqarrija mil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Aktar kooperazzjoni għal tisħiħ fl-għarfien finanzjarju

Reference Number: PR202345, Press Release Issue Date: Nov 21, 2020
 
Il-Bank Ċentrali ta' Malta laħaq ftehim ma' ĠEMMA, fergħa tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, sabiex jissaħħaħ l-għarfien finanzjarju, dan permezz ta' finanzjament sabiex isir aktar reklamar fuq il-mezzi soċjali  u videos li juru metodi ta' kif nistgħu nġemmgħu aktar flus filwaqt li nonfqu b'responsabilità.
  
Dawn il-videos huma faċilment aċċessibbli fuq https://gemma.gov.mt/videos-gemma-bagitjar-u-ppjanar/.
 
Il-Ministru Michael Falzon laqa' u faħħar din il-kooperazzjoni, filwaqt li tenna li dan l-għarfien għandu jingħata minn etajiet żgħar, mhux biss fl-iskejjel iżda anke fid-djar. Żied jgħid li ĠEMMA qed tilgħab irwol sinifikanti f'partnerships m'istituzzjonijiet edukattivi sabiex toħloq stili pożittivi ta' ffinanzjar personali.
 
Is-Segretarju Permanenti Mark Musu stqarr li huwa ta' privileġġ illi l-Bank Ċentrali daħal għal dan il-memorandum strateġiku sabiex tkun possibbli l-pubblikazzjoni ta' materjal online.
 
Il-videos jinkludu l-użu ta' credit cards, ibbaġittjar ta' kuljum, spejjeż okkażjonali u kbar, kif ukoll filmati li jkopru ppjannar t'iritirar fit-tul.​