Stqarrija mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jibdew jitħallsu r-rati l-ġodda tal-In-Work Benefit

Reference Number: PR202017, Press Release Issue Date: Oct 17, 2020
 
Mill-introduzzjoni tal-In-Work Benefit fl-2015 sal-lum, aktar minn 7,400 familja bbenefikat minn dan il-benefiċċju f’xi żmien jew ieħor, li ħalla €16.5m fi bwiethom. Sa issa, fl-2020, madwar 2,500 familja qed jibbenefikaw minn rati għola tal-benefiċċju tal-in-work benefit. 

Fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin, se jkunu qed jingħataw il-kumplament tal-pagamenti lill-familji l-oħrajn eleġibbli għal dawn ir-rati l-ġodda. Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti Mark Musu.

Ir-rati għola ddaħħlu fil-mini budget ta’ Ġunju li għadda bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-gvern fid-dawl tal-pandemija Covid-19. Din iż-żieda qed igawdu minnha koppji fejn it-tnejn jaħdmu, single parents u koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss.

Dawn il-familji li rċievew il-pagamenti din is-sena raw żieda ta’ €250 addizzjonali bħala suppliment, filwaqt li minn dan ix-xahar bdew jingħataw il-pagamenti bir-rati l-ġodda miżjuda. 

Il-Ministru Michael Falzon qal li ż-żidiet huma stmati li se jammontaw għal €3.2 miljun din is-sena, filwaqt li fakkar illi dan il-Ministeru baqa’ jħaddem miżuri bħat-Tapering of Benefits, childcare b’xejn, filwaqt li komplew jiġu indirizzati inġustizzji tal-passat, pensjonijiet u għexieren ta’ miżuri soċjali oħrajn. 

Fix-xhur li għaddew, madwar 8,400 persuna bbenefikaw minn benefiċċji addizzjonali li ngħataw mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali waqt il-pandemija Covid-19. Dawn il-persuni bbenefikaw mill-ħlas temporanju tal-Benefiċċju ta’ Ġenitur u dak Addizzjonali għal Diżimpjieg, il-ħlas temporanju tal-Benefiċċju tad-Diżabbiltà u dak Mediku.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musu stqarr li t-total imħallas sa issa mill-2015 ’l hawn huwa €16.5m. Qal li żdied id-dħul massimu minn €24,812 għal €26,000 fis-sena għal koppja fejn it-tnejn jaħdmu. L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,300 għal kull wild għal €1,400.

Ir-rati żdiedu;

€100 fis-sena għal min għandu dħul sa €18,111;
€50 fis-sena għal min għandu dħul minn €18,112 sa €22,811;
€30 fis-sena għal min għandu dħul minn €22,812 sa €26,000;

Koppja fejn persuna waħda tkun taħdem

Dħul massimu żdied minn €17,813 għal €22,000 fis-sena. 
L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €550 għal kull wild għal €630.
Rati żdiedu bi €80 fis-sena.

Persuna Waħedha

Dħul massimu żdied minn €17,312 għal €18,200 fis-sena. 
L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,350 għal kull wild għal €1,400.
Rati żdiedu bi €50 fis-sena.

Dħul ikkunsidrat

Dħul huwa minn xogħol biss wara li titnaqqas il-bolla. Dħul ieħor bħal interessi u renti ma jkunx ikkunsidrat.

Id-dħul ikun ikkalkulat fuq l-FS3s jew inkella fuq il-profit and loss account tas-sena ta’ qabel.

Benefiċjarji fl-aħħar ta’ kull sena kif indikat:

IWB Benefiċjarji
Dec-15
Dec-16
Dec-17
Dec-18
Dec-19
Ġenitur singlu f'impjieg
786
878
1,014
1,269
1,450
Iż-żewġ ġenituri f'impjieg
550
484
811​
1,028
1,059
Koppja b'ġenitur wieħed f'impjieg
 
355
872
1,046
1,071
Total
1,336
1,717
2,697
3,343
3,580

Sa issa madwar 2,500 benefiċjarju, li mistennija jitilgħu sa qrib 3,000 sal-aħħar tas-sena.

L-ammonti mħallsa fuq dan il-benefiċċju kull sena:

Jannar - Diċembru
Nefqa
2015
€1,063,291
2016
€1,870,573
2017
€2,812,332
2018
€3,724,941
2019
€4,484,168
2020 to date
€2,561,934​

Agħfas hawn​ biex tara siltiet mid-diskors tal-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti s-Sur Mark Musu mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet għat-Tfal u Solidarjetà Soċjali​.

pr202017a.jpg 
pr202017b.jpg