Is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva dalgħodu ġie infurmat bil-mewt ta’ anzjan fid-dar tal-anzjani St Thomas Community Living f’Wied il-Għajn. F’din id-dar tal-anzjani privata, il-Gvern għandu mixtrija sebgħa u sittin sodda għall-anzjani.
Bħalissa fuq dan il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali filwaqt li l-Awtorità għall-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali fetħet inkjesta min-naħa tagħha sabiex tidħol f’iktar dettall biex tistħarreġ ukoll il-każ.