Stqarrija mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Pagamenti ta’ benefiċċji li normalment jidħlu f’kontijiet bankarji tal-Bank of Valletta

Reference Number: PR190289, Press Release Issue Date: Feb 14, 2019
 
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq iserraħ ras il-benefiċjari li nhar is-Sibt 16 ta’ Frar 2019 imisshom jirċievu pagamenti ta’ benefiċċji li normalment jidħlu f’kontijiet bankarji tal-Bank of Valletta, dawn il-pagamenti se jsiru normali bħas-soltu. 

Dawn il-benefiċjarji għalhekk se jsibu dawn il-pagamenti fil-kontijiet rispettivi tagħhom fl-istess bank bħalma jiġri dejjem.
 
Id-Dipartiment jixtieq jirringrazzja lill-uffiċjali tal-Bank of Valletta u tal-Bank Ċentrali għall-koperazzjoni tagħhom.​