Stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Influss ta' telefonati fuq Freephone 153

Reference Number: PR182009, Press Release Issue Date: Sep 20, 2018
 
Bħalissa t-telefonati fuq Freephone 153 ta’ servizz.gov żdiedu ferm iktar mill-medja ta’ 45,000 fix-xahar. Xi klijenti qed ikollhom jistennew biex it-telefonata tingħata l-attenzjoni meħtieġa fejn jidħlu mistoqsijiet dwar rifużjonijiet ta’ taxxa.
 
Servizz.gov jiskuża ruħu għal dan l-inkonvenjent. L-aġenzija qed tagħmel dak kollu possibbli biex is-servizz jerġa’ jiġi lura għan-normal.

Il-klijenti huma ġentilment mitluba li jsegwu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Freephone 153 biex jinqdew fl-iqsar żmien possibbli.​