Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm

EN Flag.png

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

 
Li jikkoordina t-tweġibiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u oqsma relatati fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE) u f'oħrajn internazzjonali; li jassisti fit-tfassil ta' politiki f’materji relatati mal-Affarijiet Soċjali; u biex jikkoordina u jissorvelja l-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi kofinanzjati mill-UE li jappartjenu għall-Ministeru.
 

Funzjonijiet Ewlenin

 
Il-kompetenza tad-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm tkopri l-oqsma ta' ħidma li ġejjin:

1.      Affarijiet tal-Unjoni Ewropea

2.      Affarijiet Internazzjonali

3.      Żvilupp ta' Politika

4.      Implimentazzjoni tal-Programm​

 

Responsabbiltajiet Ewlenin

 
1. Affarijiet tal-UE - Id-Direttorat għall-iżvilupp tal-politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tal-formulazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Ministeru dwar kwistjonijiet u inizjattivi relatati mal-UE, kif ukoll fil-koordinazzjoni tal-parteċipazzjoni minn rappreżentanti tal-Ministeru f'fora tal-UE.
 
Id-Direttorat huwa wkoll inkarigat bl-identifikazzjoni proattiva ta' oqsma ta' importanza strateġika ewlenija fl-Affarijiet Soċjali fejn l-istituzzjonijiet tal-UE huma involuti f'diskussjoni u formulazzjoni ta' proposti u biex jsiru konsultazzjonijiet relatati magħhom, kemm fi ħdan il-Ministeru nnifsu kif ukoll ma' partijiet interessati esterni.

Barra minn hekk, id-Direttorat huwa responsabbli biex jiżgura li l-obbligi kollha li jkun daħlu għalihom il-Gvern bħala Stat Membru tal-UE jiġu rrispettati fil-limiti taż-żmien miftiehma. Dan jinvolvi wkoll il-monitoraġġ tal-konformità mad-Direttivi tal-UE u dispożizzjonijiet leġiżlattivi oħra li jappartjenu lill-Ministeru.
 
2. Affarijiet Internazzjonali - Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm jipprovdi l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp ta' attivitajiet bilaterali ma ' pajjiżi oħra u jfittex opportunitajiet għat-trawwim ta' kollaborazzjoni internazzjonali akbar filwaqt li jiżgura l-konformità mal-ftehimiet u l-impenji bilaterali u multilaterali.
 
Barra minn hekk, id-Direttorat jikkoordina t-tweġibiet tal-Ministeru għat-talbiet irċevuti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, kif ukoll minn Ministeri oħra, relatati ma' oqsma ta' attività li jappartjenu lill-Ministeru, u li joriġinaw minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa.

Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-konformità tal-Ministeru tal-konvenzjonijiet internazzjonali u bilaterali.

3. Żvilupp tal-Politika - Id-Direttorat jikkontribwixxi lejn it-titjib tal-iżvilupp u l-formulazzjoni tal-politika fi ħdan il-Ministeru, b'mod partikolari, billi jżomm ruħu aġġornat dwar il-politiki proposti u diskussi mill-UE li jista' jkollhom effett dirett jew indirett fuq l-istrateġija jew l-operazzjonijiet tal-Ministeru, kif ukoll permezz tad-disseminazzjoni

Barra minn hekk, id-Direttorat huwa responsabbli biex jiżgura li l-politiki tal-Ministeru kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak internazzjonali jkunu koerenti u konsistenti mal-politiki mal-Gvern kollu.
 
4. Implimentazzjoni tal-Programm - Il-ħidma mwettqa mill-Unità tal-Implimentazzjoni tal-Programm fi ħdan l-unità tal-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programm tinvolvi prinċipalment il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-diversi proġetti, inizjattivi u miżuri li jappartjenu lill-Ministeru, filwaqt li tikkoordina wkoll ma' partijiet interessati oħra biex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tat-tali proġetti, inizjattivi u miżuri.

Id-Direttorat jippromwovi wkoll il-parteċipazzjoni tal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru fi programmi u inizjattivi ffinanzjati mill-UE filwaqt li jipprovdi wkoll gwida u appoġġ biex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti għall-finanzjament tal-UE.​
​​​​