Departimenti u Entitajiet

​                                    EN Flag.png

​​Active Ageing ICON, 70.png ​​​​​L-anzjanità attiva tkopri kull anzjan, anke dawk li huma fraġli u dipendenti. L-għan ewlieni għal anzjanità attiva hija l-aktar dik preventiva, dan billi tinvolvi l-gruppi tal-etajiet kollha fil-proċess ta’ anzjanità attiva tul il-ħajja. L-abbiltà fit-trasformazzjoni tas-soċjetà anzjana minn waħda dipendenti għal waħda ta’ anzjanità attiva tippermetti l-indipendenza u d-dinjità mal-avvanz fl-età, filwaqt li jiġu provduti Servizzi ta’ Kura fil-komunità sabiex jassistu lil anzjani fejn jgħixu.
Agenzija Sapport ICON, 70.png L-Aġenzija Sapport hija impenjata li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’diżabilità permezz ta’ sapport personalizzat li hu innovattiv; professjonali u ta’ sostenn. L-għan prinċipali hu li jiġi pprovdut sapport lil persuni b’diżabilità, ħalli jkunu jistgħu jilħqu livell ta’ indipendenza skont l-abbiltà tagħhom, ikomplu jgħixu fil-komunità u jirċievu sapport kif u meta meħtieġ.
CFC ICON, 70.png
Il-Kummissarju għat-Tfal tippromwovi l-benessri u l-protezzjoni tat-tfal, il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, tiżgura l-provvista ta’ servizzi meħtieġa għat-tfal, u l-parteċipazzjoni tat-tfal. L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, iservi bħala l-punt fokali li jimmonitorja s-sitwazzjoni attwali, kemm soċjali kif ukoll kulturali fir-rigward tat-tfal.​
CRPD ICON, 70.png Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) hija impenjata li tgħin lill-persuni b’diżabilità biex jilħqu l-potenzjal massimu tagħhom fl-aspetti tal-ħajja kollha filwaqt li jgawdu kwalità ta’ ħajja tajba minħabba f’opportunitajiet ugwali. Fit-twettiq ta’ din il-missjoni, is-CRPD taħdem biex telimina kull xorta ta’ diskriminazzjoni soċjali kontra persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom, filwaqt li tipprovdilhom l-assistenza meħtieġa u sapport.​
FSWS ICON, 70.png
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) permezz tal-Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa u LEAP, tipprovdi prevenzjoni komprensiva, sapport u servizzi ta’ trattament kemm fil-komunità kif ukoll f’żoni residenzjali. Ħaddiema soċjali u professjonisti oħra f’żoni ta’ servizz dedikat ta’ dawn l-aġenziji, jaħdmu ma’ gruppi mmirati varji li jinkludu tfal, familji u adulti fil-bżonn, persuni bi problemi ta’ vizzju, u persuni f’riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali.​
Housing Authority ICON, 70.png L-Awtorità tad-Djar tipprovdi serviżżi lil dawk li qed ifittxu akkomodazzjoni, sapport u assistenza. Fi sforz biex tħajjar inkwilini jsiru sidien ta’ djarhom kif ukoll sabiex itejjeb l-kundizzjonijiet tal-akkomadazzjoni f’Malta, l-Awtorità tad-Djar qegħdha tiżviluppa, tippromovi u tiffinanzja l-oqsma tad-djar kif ukoll akkommodazzjonijiet residenzjali. Permezz tad-dispożizzjoniji ta’ diversi skemi u inizjattivi mmirati lejn dawk li l-aktar għandhom bżonn ta’ assistenza, l-Awtorità hija impenjata sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja, filwaqt li tħejji futur aħjar għal komunitajiet Maltin.​
Social Security ICON, 70.png
Is-Sigurtà Soċjali tifforma l-bażi tas-sistema tas-sigurtà soċjali f’Malta u tipprovdi għal żewġ skemi bażiċi, l-Iskema Kontributorja u l-iskema Mhux Kontributorja. Din hija bbażata fuq pagamenti regolari li jkopru residenti għal ċerti benefiċċji għal dak li għandu x’jaqsam ma’ mard u maternità, irtirar, invalidità u romol, korriment u mard ta’ okkupazzjoni, qgħad u benefiċċji għal familja.​
 ​​​​​​​​​​