
Irrapporta nuqqas ta' osservanza mal-provedimenti tal-Att dwar
is-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.)
Id-Direttorat
għall-Osservanza ta' Benefiċċji għandu l-obbligu li jiżgura li l-benefiċċji
u s-servizzi soċjali jaslu għand dawk il-benefiċċjarji li verament ħaqqhom.
Id-Direttorat jinvestiga r-rapporti kollha li huwa jirċievi fejn hu allegat li
l-benefiċċji soċjali u servizzi li jiġu mogħtija jew riċevuti mhumiex
f’osservanza mal-provedimenti tal-liġi applikabbli. Jekk tissuspetta li
xi persuna tkun qegħda tirċievi benefiċċji soċjali li mhumiex f'osservanza mal-provedimenti
tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, int tista' tiġbed l-attenzjoni tad-Direttorat
billi tissottometti talba kunfidenzjali għall-investigazzjoni hawn
L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496.) jistabbilixxi d-dritt għall-pubbliku ġenerali għal informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet pubbliċi sabiex jippromwovu aktar trasparenza u responsabbiltà fil-gvern. Għaldaqstant, il-pubbliku ġenerali jista’ jitlob dokumenti miżmuma mill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal
(MSFC). Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn
Żvelar ta’ Informazzjoni Protetta
L-għan tal-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur (Kap. 527.) huwa li jipprovdi għal proċeduri li skondhom impjegati kemm fis-settur privat kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika jistgħu jiżvelaw informazzjoni dwar prattiki mhux xierqa minn min iħaddimhom jew minn impjegati oħra li jimpjegaw lil min iħaddimhom u biex tipproteġi lill-impjegati li jagħmlu l-iżvelar imsemmi minn azzjoni detrimentali. Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn